Baġit 2022 | 12,000 bil-pensjoni tar-romol se jgawdu minn żieda massima ta’ €5 fil-ġimgħa

Din kienet waħda mill-miżuri mħabbra fil-Baġit 2022 indirizzati għall-pensjonanti

Il-Ministru Clyde Caruana ħabbar, fid-diskors tiegħu tal-Baġit, li l-Gvern se jkun qiegħed jaġġista b'mod gradwali r-rata tal-pensjoni tar-romol  biex din tkun l-istess bħal tal-konjuġi tagħhom meta jiġu nieqsa u hekk igawdu wkoll miż-żidiet kollha mogħtija mill-Gvern. 

Spjega kif fl-2022, 12,000 pensjonant se jgawdu minn żieda massima ta’ €5 fil-ġimgħa b’nefqa totali ta’ €3.3 miljuni.

Dan ifisser li l-pensjonanti li jirċievu l-pensjoni tar-romol u li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€10,221 se jirċievu bejn €10 u €15 f’żidiet fil-ġimgħa jew bejn €520 u €780 fis-sena fid-dħul tagħhom.

More in Politika