Bartolo lill-Maltin fi New York: 'Pajjiżna huwa fost l-aqwa fl-edukazzjoni, is-saħħa u livell ta' għixien'

Il-MInistru Evarist Bartolo jżur lill-komunità Matija fi New York

Il-Ministru Bartolo mal-komunità Maltija fi New York
Il-Ministru Bartolo mal-komunità Maltija fi New York

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo fakkar lill-komunità Maltija fi New York li Malta tinsab fit-28 post - fost l-aħjar fid-dinja - fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-livell tal-għixien. Huwa qal li Malta għalhekk hija aħjar minn nofs il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u aħjar minn 160 pajjiż ieħor f’dinja ta’ 193 pajjiż. Il-Ministru Bartolo kien qed iżur lill-kommunità Maltija fiċ-Ċentru ta’ Astoria fi New York.

Huwa rringrazzja lill-emigranti Maltin u Għawdxin għax-xogħol li jagħmlu u qalilhom li għandna nkunu kburin li aħna l-Maltin u l-Għawdxin bnejna lil pajjiżna biex Malta tista' tkun daqshekk 'il quddiem f'setturi daqstant kruċjali. 

"Il-Maltin kollha, Laburisti u Nazzjonalisti, ħadmu biex Malta tiġi aħjar. Mhux Laburisti jew Nazzjonalisti, kulħadd ħadem biex Malta tiġi aħjar," saħaq il-Ministru Bartolo. Kompla jgħid illi bl-għaqal u s-sagrifiċċju il-Maltin li emigraw lejn New York bnew dan iċ-ċentru 40 sena sena ilu u baqgħu jmexxu.

"Għandna kommunità Maltija u Għawdxija bieżla u onesta, b'Maltin li ilhom 50 sena li emigraw għax fil-gżejjer Maltin ma kienx hemm xogħol għalihom. L-ewwel Malti li nafu bih emigra lejn New York fl-1829," qal il-Ministru Bartolo.

More in Politika