Approvat Masterplan ġdid għal Manoel Island; 35,000 metru kwadru aktar ta' spazju pubbliku

Pjan ġdid li jżid 35,000 metru kwadru għal spazji pubbliċi miftuħa filwaqt li jnaqqas l-iżvilupp ġdid b'35%

Żvilupp ġdid f'Manoel Island se jammonta għal 6% tal-Gżira wara l-approvazzjoni tal-Bord tal-Ippjanar għall-Master Plan rivedut. Din hija tnaqqis sinifikanti minn dak li kien żvelat mill-master plan tal-2017 fejn kien ġie approvat 12.6% ta' bini ġdid fuq il-gżira.

"B'inqas art li qed tinbeda għall-iżvilupp, 35,000 metru kwadru addizzjonali qed jiġu impenjati għal spazji miftuħa pubbliċi."

Il-proġett xorta se jikkonsisti fi żvilupp ta' użu ieħor bħal dawk residenzjali, kummerċjali, ta' divertiment, faċilitajiet sportivi għall-komunità lokali, kumditajiet pubbliċi u Ċentru għall-Arti u l-Kultura.

Minbarra r-riabilitazzjoni ta’ bini storikament importanti li nstabu fil-Gżira, il-Master Plan rivedut, wara studji investigattivi, inkluda wkoll aktar assi kulturali. Bħala riżultat, l-Uffiċċju tal-Ħlas (ex-bini REMPEC), ħitan storiċi u pedamenti relatati mal-Bovile, u strutturi oħra fil-madwar se jiġu restawrati u integrati mill-ġdid. L-investigazzjonijiet żvelaw ukoll materjal kulturali relatat maċ-ċimiterji u l-funzjonijiet funebri li saru fil-Gżira. Konsegwentement, kwalunkwe kostruzzjoni u żvilupp propost f'dawn is-siti ġie eskluż u issa se jkun protett.

Il-Manoel Island Yacht Yard se tinżamm fil-post attwali tagħha filwaqt li l-5,000 metru kwadru li suppost kellhom jingħataw lill-applikant permezz tar-rilokazzjoni tal-yacht yard issa ġew mitlufa.

Fil-pjan hemm ukoll d-disinn ta' pont aħjar, bl-għoli li issa jkun biżżejjed biex inġenji tal-ilma żgħar jitħallew jgħaddu minn taħt. Saru wkoll reviżjonijiet għall-aġġornament tal-marina eżistenti, inkluż l-installazzjoni ta' breakwater li issa se jikkonsisti fi breakwater li jżomm f'wiċċ l-ilma minflok wieħed permanenti mibni f'munzelli konkrit.

More in Politika