'Konxji li bħalissa bidwi li jibni serra hu trattat bħal żviluppatur li jtella' seba' sulari dormitorju'

Dan intqal f'konferenza tal-aħbarijiet fiż-Żonqor mill-Partit Nazzjonalista dwar żviluppi kbar li jsiru f'art ODZ

"Aħna konxji tal-fatt li f'dan il-pajjiż, illum il-ġurnata, bidwi li jrid jagħmel post fejn ipoġġi makkinarju jrid jgħaddi mill-istess skrutinju bħal ma ħa jgħaddi sadeen hawnekk biex itella seba' sulari ta' dormitorju."

Dan qalu l-Kelliem Uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, Peter Agius, iktar kmieni illum meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet miż-Żonqor dwar żviluppi kbar li jsiru f'art ODZ.

Motivata mid-diskors tal-Kap tal-Oppożizjoni, Bernard Grech, din il-konferenza seħħet bit-tama li jiġu ssalvagwardjati spazji miftuħa għall- pubbliku filwaqt li l-art ODZ tiġi protetta biż-żewġ terzi fil-Parlament.

"Kull żvilupp kbir f'artijiet ODZ ma jkunx jista' jsir permezz ta' daqqa ta' pinna minn ġo Kastilja, wara bibien magħluqa, imma jsiru soġġetti għall-iskrutinju verament tal-poplu, bl-appoġġ ta' żewġ terzi tal-Parlament."

Bl-istess għajta ta' Grech, kemm Peter Agius u anke l-kandidati għall-elezzjoni li jmiss Justin Schembri u Bernice Bonello sostnew li minkejja l-ġlieda li qatt ma taqta sabiex ma tinqered l-ebda art agrikola, il-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jiġġieled ukoll għad-drittijiet tal-poplu li jiġu affetwati minn żoni ta' żvilupp filwaqt li fejn ikun protett jinżamm protett.

Fid-diskors tiegħu, Justin Schembri tenna li għandu jkun hemm distinzjoni bejn interess nazzjoanli u dak li hu ta' ħtieġa partikolari. Bħal eżempju, huwa semma bidwi li jibni juri interess jibni serra jew ġibja. 

More in Politika