Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-għoti tal-booster għall-anzjani li għandhom aktar minn 70 sena se jibda qabel imħabbar.
Fil-fatt, waqt il-programm Follow-Up imxandar fuq ONE, il-Ministru Fearne qal li mis-27 ta' Settembru, dawn l-anzjani li jgħixu fil-komunità se jibdew jitlaqqmu bid-doża addizjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
Mill-ġimgħa d-dieħla, l-istess anzjani se jibdew jirċievu ittra d-dar b’data, ħin u post għat-tilqima.
Il-maġġoranza tat-tilqim se jsir fil-bereġ tas-saħħa viċin il-post fejn tgħix il-persuna.
L-anzjani li ma jkunux jistgħu joħorġu minn djarhom jistgħu jingħataw it-tilqima f’darhom stess mill-professjonisti.