Jitlef ħajtu anzjan ta' 73 sena bil-Covid-19 u jinstabu 48 każ ġdid

Fit-Taqsima tal-Kura Intensiva bħalissa hemm biss anzjan wieħed

Anzjan ta' 73 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19 biex hekk, minn meta feġġet il-pandemija, Malta kellha 441 vittma.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 48 każ ġdid filwaqt li fiequ 25 pazjent.

Dan ifisser li f'Malta l-każi attivi issa jlaħħqu 656. Ta' min isemmi kif minkejja li issa tneħħew ħafna mir-restrizzjonijiet, il-każi baqgħu stabbli u taħt kontroll.

Ilbieraħ saru 3,117-il test.

Bħalissa fl-isptar hemm 31 pazjent bil-virus u persuna waħda biss tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Malta għandha 412,419-il persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 413,598 ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin.

Matul ix-xahar ta' Settembru, anzjani residenti fi djar tal-anzjani u anke persuni vulnerabbli se jkunu offruti l-booster tal-vaċċin biex tkompli tissaħħaħ l-immunità tagħhom kontra l-virus.

More in Politika