Ikomplu jonqsu l-każi attivi ta' Covid-19 filwaqt li tmut anzjana ta' 86 sena

Fl-aħħar 24 siegħa jinstabu 43 każ ġdid filwaqt li 80 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa

Il-każi attivi tal-Covid-19 komplew jonqsu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 43 każ ġdid filwaqt li 80 pazjent ġew ikkonfermat mfejqa.

Madanakollu, bejn ilbieraħ u llum, tilfet ħajjitha anzjana ta' 86 sena li kienet pożittiva għall-virus.

Minn meta feġġet il-pandemija, 431 persuna tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu biex issa f'Malta hawn 609 persuni pożittivi għall-Covid-19.

Ilbieraħ saru 2,822 test.

Intant żdiedu wkoll il-pazjenti f'Mater Dei, hekk kif b'kollox hemm 43 persuna rikoverati u li huma pożittivi għall-Covid-19.

L-għadd ta' pazjenti fl-ITU jibqa' dak ta' ħamsa.

Malta għandha 404,760 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 407,985 persuna ħadu mqar doża waħda.

Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 784,729 doża.

More in Politika