Covid-19: 87 każ ġdid, 137 ifiqu u tmut anzjana ta' 79 sena

In-numru ta' każi attivi reġa' niżel u huwa fil-livell ta' 808

Il-każi attivi ta' Covid-19 reġgħu naqsu għal 808 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 87 każ ġdid u fiequ 137 persuna mill-virus. Il-każi attivi rriżultaw minn total ta' 3,466 li jfisser illi r-rata ta' pożittività fl-aħħar 24 siegħa kienet ta' 2.5%.

Sfortunatament fl-aħħar 24 siegħa wkoll mietet anzjana ta' 79 sena, li hija għalhekk l-429 persuna li mietet waqt li kienet pożittiva għal dan il-virus. 

Intant sal-bieraħ kienu ingħataw b'kollox 778,936 doża tal-vaċċin kontra l-Covid, b'total ta' 399,769 persuna jieħdu t-tieni doża wkoll. 

 

More in Politika