Il-President George Vella u martu jiltaqgħu ma' rappreżentanti tal-familja Caruana Galizia

Din il-laqgħa ssegwi oħra ilbieraħ, bejn il-famija u l-PM Robert Abela...

L-Uffiċċju tal-President avża li l-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella aktar kmieni llum iltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-familja Caruana Galizia, f’forma privata, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Din il-laqgħa tiġi wara li l-PM Robert Abela wkoll iltaqa' mal-familja Caruana Galizia

Dawn il-laqgħat qed iseħħu fid-dawl tar-Rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, miktub minn tliet imħallfin wara li ltaqghu ma' numru kbir ta' xhieda. Ir-rapport jakkuża lill-Gvern ta' Joseph Muscat illi ppremetta impunità permezz ta' dik li sejħu "qarnita" ħierġa minn Kastilja b'ħafna referenzi għal Keith Schembri u diversi laqgħat li dan kien ikollu ma' negozjanti kbar li sejħu "intriċċi" u "kunfidenza żejda."

Fil-fatt l-Imħallfin kienu qalu illi dinn il-qrubija bejn il-poter politiku u l-poter tan-negozju, flimkien ma' kampanja "ta' demonizzazzjoni" kontra Caruana Galizia iffaċilitaw dan l-assassinju għax min wettqu - jgħidu li ħassu ħafna iktar sikur. 

 

More in Politika