Il-każi l-ġodda jinżlu għal 94 u jfiqu 126 persuna; Il-pazjenti f'Mater Dei jitilgħu għal 39

1.7% biss tal-każi attivi qed ikunu rikoverati fl-isptar Mater Dei

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 94 każ ġdid ta' Covid-19, hekk kif għall-ewwel darba wara jiem, il-każi l-ġodda reġgħu niżlu taħt il-100.

Apparti minn hekk, fiequ 126 pazjent biex il-każi attivi komplew jonqsu għal 2,262.

Ilbieraħ saru 3,136 test.

Intant, il-pazjenti fl-isptar Mater Dei reġgħu żdiedu għal 39, b'pazjent wieħed biss jinsab rikoverat fl-ITU.

Minkejja li l-għadd tal-pazjenti żdiedu, dan għadu wieħed minimu meta kkumparat ma' żminijiet oħra meta l-vaċċin ma kienx jeżisti u kienu żdiedu l-każi.

Fil-fatt, 1.7% biss tal-każi attivi qed ikunu rikoverati f'Mater Dei.

Intant, mill-127 każ misjuba lbieraħ, 86 każ kienu fost pazjenti li għandhom bejn 10 u 39 sena, bl-età medja tkun dik ta' 33.

More in Politika