Peter Agius jinħatar Kelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjonalista

Agius kien imexxi l-Uffiċċju tal-Parlament Ewoprew u kien kandidat tal-PN fl-2019

Peter Agius
Peter Agius

Peter Agius ser ikun qed jinħatar il-Kelliem Ewlieni u koordinatur tal-messaġġ politiku tal-Partit Nazzjonalista bil-għan li l-PN  jilħaq setturi u votanti ġodda.

Din il-ħatra tiġi wara diversi oħrajn, fosthom ta' Chris Peregin li nħatar strateġista biex fi kliemu jgħin lill-PN inaqqas id-distakk elettorali bejn iż-żewġ partiti. 

Sorsi fil-PN ikkonfermaw mal-Illum li Peter Agius, li kien kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew  fl-2019 u ġab 10,474 vot u kien imexxi l-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, ġie avviċinat biex ikollu rwol ċentrali fit-tiġdid fil-PN. Agius huwa meqjus bħala komunikatur tajjeb u bniedem tekniku. 

More in Politika