Jinstabu 199 każ ġdid ta' Covid-19 imma l-pazjenti fl-isptar jonqsu għal 15

Il-każi attivi intant issa huma 2,346 hekk kif kien hemm 30 persuna li fieqet fl-aħħar 24 siegħa. 

In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 telgħu għal 199 fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 3,976 swab test, iżda n-numru ta' persuni li jinsabu fl-isptar u li huma pożittivi niżlu għal 15. Fl-ITU xorta hemm persuna waħda.

Il-każi attivi intant issa huma 2,346 hekk kif kien hemm 30 persuna li fieqet fl-istess perjodu ta' ħin. Ir-rata ta' pożittività tibqa dik ta' 5%. 

Sa issa ngħataw b'kollox 730,483 doża tal-vaċċin, li minnhom 360,880 huma persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. 

Mill-ġdid ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża tal-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa.

 

More in Politika