217 persuna pożittiva minn 4,096 swab test ... in-numru ta' persuni l-isptar jibqa' 18

Ir-rata ta' pożittività għall-Covid-19 hija ta' 5.3%

Il-każi pożittivi reġgħu telgħu għal 217 fl-aħħar 24 siegħa, bir-rata ta' pożittività tibqa' fl-istess ilmijiet tal-aħħar ġimgat, jiġifieri 5.3%. 

In-numru ta' persuni li jinsabu fl-isptar u li huma pożittivi baqa' stabbli, bi 18 filwaqt li fl-ITU hemm persuna waħda, l-istess numru sa mis-Sibt li għadda. Intant sal-bieraħ kienu ngħataw 728,106 doża tal-vaċċin, li minnhom 359,042 kienu persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. 

More in Politika