Fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 206 każi ġodda ta' Covid-19 f'pajjiżna minn total ta' 4,373 swab test, li jfisser rata ta' pożittività ta' 4.7%, ftit inqas mis-6% li kienu qed jiġu rreġistrati fl-aħħar jiem.
Intant dawk fl-isptar telgħu għal 17 ilbieraħ, minn 14 filwaqt li fl-ITU baqgħet persuna waħda biss. Il-maġġoranza assoluta ta' dawk li lbieraħ instabu pożittivi (178 minn 235) kellhom bejn 10 u 39 sena.
Fl-istess waqt fiequ ħames persuni biex il-każi attivi issa huma 1,642.
Intant sal-bieraħ kienu ngħataw total ta' 721,415 doża tal-vaċċin.