L-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne għand il-Prim Ministru fil-jiem li ġejjin

L-inkjesta kellha tikkonkludi kemm l-istat Malti seta' kien responsabbli għaċ-ċirkostanzi li waslu għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

L-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tinsab konkluża u se tintbagħat lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Avukat tal-Istat fil-jiem li ġejjin. 

Wara l-assassinju l-Gvern kien beda inkjesta maġisterjali flimkien mal-proċeduri kriminali kontra tliet irġiel akkużati bil-qtil - wieħed minnhom (Il-Koħħu) li nstab ħati diġà wara li ingħata maħfra presidenzjali, lill-aħwa li huma akkużati li fornew il-bomba li qatlet lil Caruana Galizia, lil Melvin Theuma - is-sensar li ngħata l-maħfra presidenzjali biex jikxef aktar minn dak li jaf -  u lil Yorgen Fenech li qed ikun akkużat illi kien il-moħħ wara dan il-qtil. 

L-inkjesta pubblika tmur oltrè u tindirizza il-mistoqsija dwar sa fejn u kemm l-istat Malti seta' kien responsabbli għaċ-ċirkostanzi li waslu għall-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

 

More in Politika