L-MTA tgħid li hi tħallas l-ispejjeż tal-kwarantina ta' min ikun segwa l-proċeduri biss

L-Awtorità tiċħad stejjer li studenta tal-Erasmus intalbet tħallas €1,200 minn lukanda - u tgħid li hi intalbet tħallas biss għall-ikel u x-xorb

(arkivji)
(arkivji)

 B'referenza għall-artikli li dehru f’xi sezzjonijiet tal-midja, fejn hemm imsemmi li studenta tal-Erasmus ġiet ippreżentata b’kont ta’ €1,200 mill-‘quarantine hotel,’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kkjarifikat li wara li ġie kkonfermat mal-imsemmija lukanda, l-istudenta, fil-fatt ma' ġietx mitluba tħallas, iżda qiegħda tħallas biss spejjeż relatati ma' ikel u xorb. "Dan għaliex, l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu tħallas l-ispejjeż tal-akkommodazzjoni għal dawk li kienu segwew il-proċeduri neċessarji sabiex jidħlu f'Malta," sostniet fi stqarrija l-awtorità. 

Fakkret li dan qiegħed isir ukoll, f’konformita’ sħiħa mal-Avviż Legali li kien inħareġ, fejn hemm stabbilit li dawk li jaslu f’pajjiżna, iżda ma’ jkunux segwew il-proċeduri neċessarji, jitpoġġew fi kwarantina preventiva, li jkollhom iħallsu għaliha huma.

More in Politika