Caruana l-Ġermanja biex jikkonvinċi membri tal-FATF biex Malta ma tispiċċax fuq il-lista l-griża

Il-Ministru qal li Malta wettwet ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Moneyval u ma għandhiex tispiċċa fuq il-lista l-griża

Il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana ħalla Malta għall-Ġermanja bil-għan li l-Gvern Malti jikkonvinċi numru ta' membri tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja (FATF) biex Malta ma tispiċċax fuq il-lista l-griża, wara li aktar kmieni din is-sena, għaddiet mit-test tal-Moneyval.

F'kummenti mal-ġurnalist Saviour Balzan, ftit qabel ħalla Malta, liema kummenti xxandru fuq il-programm Xtra, il-Ministru qal li Malta wettqet ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Moneyval u ma għandhiex tispiċċa fuq il-lista l-griża.

Caruana jidher li għandu indikazzjonijiet li xi pajjiżi, li qed jirrifjuta li jsemmi "għalissa" qed jinsistu li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża, bid-deċiżjoni finali mistennija tittieħed fit-23 ta' Ġunju.

"Dawn il-pajjiżi jridu jagħtu eżempju billii jużaw lil Malta. L-opinjoni tagħhom hija differenti mill-opinjoni tal-maġġoranza ta' pajjiżi li huma pożittivi dwar il-bidliet li għamlet Malta," saħaq Caruana. "Is-sena komun jgħidlek li jekk Malta tgħaddi mit-test tal-Moneyval, allura għandha tgħaddi wkoll l-evalwazzjoni tal-FATF."

Il-protokolli u r-regoli ta’ Malta biex tiġġieled kontra l-ħasil tal-flus ġew evalwati mill-FATF wara ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjoni minn osservatuti internazzjonali.

Hu mifhum li l-pajjiżi li qed jisħqu li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża huma l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja.

More in Politika