Il-każi attivi jkomplu jonqsu; Żewġ każi ġodda u jfiqu ħames pazjenti oħra

B'kollox saru 1,817-il test

Il-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta issa niżlu għal 64 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu żewġ każi ġodda iżda fiequ ħames pazjenti.

B'kollox saru 1,817-il test.

It-tilqim kompla wkoll hekk kif sa issa ġew amministrati 576,256 doża tal-vaċċin.

Sa issa, 251,553 persuna huma mlaqqma kompletament filwaqt li 334,367 persuna qed jistennew it-tieni doża.

More in Politika