Il-KE qed tappella lil Malta biex twaqqaf l-insib u thedded b'każ fil-Qorti Ewropea

Malta għandha xahar biex tirrimedja s-sitwazzjoni inkella, il-Kummissjoni Ewropea tista' tiddeċiedi li tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tappella lil Malta biex tapplika b'mod korrett id-Direttiva dwar l-Għasafar (Direttiva 2009/147 / KE), u twaqqaf il-prattika tagħha li tawtorizza l-insib għall-għasafar tal-għana.

Dawn huma rekwiżiti ewlenin għall-protezzjoni tal-bijodiversità madwar l-UE. Il-Green Deal Ewropew u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità għall-2030 it-tnejn jindikaw li huwa kruċjali għall-UE li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità tagħha billi tippreserva s-siti naturali tagħna u tirrestawra l-ekosistemi bil-ħsara għal stat ekoloġiku tajjeb.

Malta reċentement awtorizzat l-insib għall-għasafar tal-għana għal skopijiet ta’ riċerka, wara li qabel awtorizzat l-insib għall-għasafar tal-għana għal skopijiet ta’ rikreazzjoni għal diversi snin. Skont il-Kummisjoni Ewropea din hi azzjoni li "ma tikkonformax mad-Direttiva dwar l-Għasafar mill-Qorti tal-Ġustizzja."

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskema ta’ deroga l-ġdida adottata f’Ottubru 2020 li tawtorizza l-insib għal skopijiet ta’ riċerka tevita s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi tippermetti l-insib f’kundizzjonijiet simili bħal qabel din id-deċiżjoni, anke jekk taħt reġim.

Qalet wkoll li wara t-tweġiba mhux sodisfaċenti mill-awtoritajiet Maltin għall-ittra ta' notifika formali, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat opinjoni motivata. Malta issa għandha xahar biex tirrimedja s-sitwazzjoni inkella, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi l-każ lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Skadenza mqassra għandha l-għan li tipprevjeni ħsara serja u irriversibbli lill-ambjent, f'każ li Malta jkollha l-intenzjoni li tiftaħ staġun ieħor tal-insib.

More in Politika