Sospiż ix-xogħol fil-Bajja tal-Balluta mill-Grupp Fortina wara pressjoni mir-residenti u għaqdiet

Il-Moviment Graffitti jisħaq illi minflok ikkastigat lill-Grupp talli beda x-xogħol b'mod illegali, l-ERA ippremjatu billi ħallietu jkompli għaddej

Messaġġ fuq il-post fejn kien qed isir il-pontoon
Messaġġ fuq il-post fejn kien qed isir il-pontoon

Il-Grupp Fortina ssospenda x-xogħlijiet fuq pontoon privat fil-Bajja tal-Balluta sabiex jibdew diskussjonijiet ma' dawk kollha interessati.  Dan wara pressjoni mill-Moviment Graffitti, il-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan, residenti u anke l-kandidat indipendenti Arnold Cassola. 

Membri tal-Moviment Graffitti imblukkaw ix-xogħlijiet u akkużaw lill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi (ERA) li biddlet il-permess b'segretezza għall-grupp biex jibni dan il-pontoon li se jintuża għas-servizz tal-fast ferry li għadu kif nieda din il-ġimgħa stess. 

Graffitti sostniet li l-Grupp Fortina jrid iċaħħad lill-poplu u r-residenti mit-tgawdija taż-żona, "biex iżid il-profitt privat tiegħu." L-għaqda qalet illi minflok ikkastigat lill-grupp talli beda x-xogħol fuq dan il-pontoon b'mod illegali, l-ERA "ippremjatu billi ħallietu jkompli bix-xogħol."

 

More in Politika