Ir-Renju Unit jidher li mhu se jżid ebda pajjiżi fil-Lista l-Ħadra, anzi jaf inaqqas

Malta, il-gżejjer Griegi u xi destinazzjonijiet oħrajn kienu qed jissemmew bħala kandidati għal fuq din il-lista li kellha tiġi riveduta llum

Diversi rapport, fosthom fuq Reuters, Independent, Mirror u diversi siti oħrajn Ingliżi qed jindikaw li l-Lista l-Ħadra tar-Renju Unit mhux se tiġi riveduta għalissa hekk kif il-Kabinett qed jevalwa is-sitwazzjoni f'dan il-pajjiż. 

Ir-Renju Unit irreġistra 4,261 każ ġdid ilbieraħ, żieda ta' madwar 1,000 każ ġdid f'24 siegħa. Dan apparti li kienu rreġistrati 12-il mewta f'dan il-pajjiż fejn il-varjant dominanti huwa dak Indjan

Is-sit reuters qed jikkwota sorsi li jgħidu illi saħansitra se jsiru diskussjonijiet dwar jekk il-Portugall - l-unika destinazzjoni popolari mal-Ingliżi - għandhiex tibqa' fil-Lista l-Ħadra. L-ewwel lista li ħarġet kienet fl-għajn ta' ħafna kritika minn operaturi turistiċi u linji tal-ajru hekk kif kienet meqjusa kawta wisq, b'destinazzjonijiet li jew mhumiex popolari ma' ħafna Ingliżi - bħall-Iżlanda u gżejjer ċkejknin fl-Atlantiku (Sandwich islands), destinazzjonijiet kesħin ħafna. 

Malta flimkien ma' gżejjer Griegi u xi destinazzjonijiet oħrajn kienu qed jissemmew bħala postijiet possibbli għal fuq il-Lista l-Ħadra. Il-PM Ingliż Boris Johnson qal li l-ewwel priorità tiegħu huwa l-proċess ta' vaċċinazzjoni u qal li mhux jeskludi li jżidu pajjiżi fuq il-Lista l-Ħamra. 

 

More in Politika