'Kont tlabt lil Alla biex il-qtil jitpoġġa fuq ħaddieħor, bħal Chris Cardona' - Theuma

Melvin Theuma jkompli bix-xhieda u jgħid illi Johann Cremona kien ħeġġu biex jeqred ir-rekordings li kellu 

Waqt li kien qed jixhed illum, Melvin Theuma -  is-sensar fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia -  qal illi malli is-sieħeb fin-negozju ma' Yorgen Fenech qallu li l-eks Ministru Chris Cardona qed jissemma u se jiġi interrogat fuq il-qtil tal-istess ġurnalista huwa wieġeb: "X'diżastru!"

Imbagħad kompla jixhed, dalgħodu fil-Qorti, illi huwa ttama bil-kbir li l-ħtija tal-assassinju "jitpoġġa fuq xi ħadd ieħor, bħal Cardona" ħalli hu ma kienx ikollu jmur għal maħfra presidenzjali. Huwa qal ukoll li kien jitlob lil Alla li jiġri dan. 

Theuma qal ukoll illi Cremona kien qallu li se jsir rejd fuqu imma ma tah ebda informazzjoni oħra.  Qal ukoll illi Yorgen Fenech kien wiegħed li jiffirma karta li turi lil min kellu jagħti flus u kemm, "biex meta jsir ir-rejd ikun hemm xi ħaġa x'nuri.  Din il-karta kellha tiġi ffirmata quddiem nutar...imma ma ġara xejn!" 

Cremona kien ħeġġu biex jeqred ir-rekordings li llum kienu qed jinstemgħu fil-Qorti.  Theuma kompla jgħid b'rabja, illi l-istess Cremona kien qallu li ġejjin il-Europol bil-makkinarju tagħhom biex jikxfu kollox. "Daqslikieku qatt kont se neqred dawn ir-rekordings!" sostna Theuma fil-Qorti. 

Iktar tard fix-xhieda Theuma reġa' semma isem Cardona meta qal illi lilu kienu jgħidulu li l-assassinju se jitpoġġa fuq Cardona jew inkella avukat li ismu ma jistax jissemma' b'ordni tal-Qorti. 

Intant Theuma qal li darba kellem lill-bintu u qallha li se jmur għand il-Kummissarju tal-Pulizija u jikxef kollox, liema telefonata jgħid li kienet tapped. Cremona, aktar tard qallu, illi kieku ma qalx dak li qal (f'din it-telefonata) ma kien jiġri xejn u ma kienx jinqala' dak kollu li nqala'. 

'Ħajjithom tiddependi fuqek'

Waqt li kien qed jixhed Melvin Theuma, indika li meta fir-rekordings Johann Cremona jistema' jgħidlu illi: "Se jsiefer...ħa nkellmek ċar.  Ħajjithom tiddependi fuqek! Ħa nkun onest!" hu kien qed jirreferi għal Keith Schembri u Yorgen Fenech. 

Huwa qal li

(Dan l-artiklu qed ikun aġġornat)

 

More in Politika