In-numru ta' pazjenti fl-isptarijiet jinżel għal tlieta minn 12 il-ġimgħa l-oħra

41% ta' dawk bejn 16 u 29 sena ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin

Il-każi ta' pazjenti fl-Isptarijiet b'rabta mal-Covid-19 niżlu għal livelli baxxi ħafna.  Fil-fatt bħalissa hemm biss tlett pazjenti fl-isptarijiet u care homes madwar il-pajjiż li qed jingħataw kura relatata mal-Covid-19. 

It-tlett każi jinsabu kif ġej:  Wieħed fl-ITU, ieħor fl-Infectuous Diseases Unit u persuna oħra f'wards oħrajn - kollha f'Mater Dei. 

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ddeskriviet dan in-numru bħala wieħed "tajjeb ħafna" filwaqt li qalet ukoll illi din il-ġimgħa - mill-ġdid - ma kien hemm ebda każi ta' Covid-19 fi Djar tal-Anzjani. 

Din il-ġimgħa kien hawn 11-il każ ta' Covid-19 importati, disa' każi sporadiċi u każ wieħed riżultat ta' taħlit fid-djar. 

Intant f'dak li jirrigwarda l-proċess ta' vaċċinazzjoni 96% ta' dawk aktar minn 60 sena ħadu l-vaċċin (imqar doża), 79% ta' dawk bejn 50 u 59 sena ħaduha, 73% ta' dawk bejn 40 u 19 sena, 62% ta' dawk bejn 30 u 39 sena u huma 41% ta' dawk bejn 16 u 29 sena li ħadu mqar tilqima tal-vaċċin sa issa. 

More in Politika