8,200 doża f'24 siegħa, erba' każi minn 2,300 test u l-ebda imwiet

Resqin lejn il-200,000 persuna li ħadu t-tieni doża wkoll

In-numri tal-Covid-19 f'pajjiżna baqgħu pożittivi ferm hekk kif ir-rata ta' vaċċinazzjoni kompliet għaddejja b'rittmu mgħaġġel ħafna:  F'24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 8,200 doża tal-vaċċin biex sa issa ingħataw 498,726 doża.  Intant huma 195,856 il-persuni li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin ukoll. 

Minn total ta' 2,316 swab test irriżultaw biss erba' każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt illi fiequ tmien persuni bil-każi attivi jinżlu għal 65. 

Mill-ġdid fl-aħħar 24 siegħa ma rriżultaw ebda mwiet kawża tal-virus. 

More in Politika