Ftit aktar minn 7,700 doża tal-vaċċin f'24 siegħa u l-ebda mewt għat-tmin jum

Erba' każi ġodda ta' Covid-19 u jfiqu sebgħa

Fl-aħħar 24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 7,711-il doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, biex minn 406,921 issa n-numru ta' dożi mogħtija tela' għal 414,632.  Dan huwa rekord assolut ta' dożi mogħtija f'24 siegħa.  B'kollox sa issa huma 136,975 dawk in-nies li ħadu t-tieni doża wkoll. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll irriżultaw erba' każi ġodda u sebgħa minn nies fiequ, biex it-total ta' każi attivi issa huwa ta' 177. 

Għat-tmien jum ma kienu reġistrati ebda mwiet kawża tal-Covid-19. 

More in Politika