Il-każi attivi jkomplu jonqsu; Erba' każi ġodda u jingħataw aktar minn 400,000 doża tal-vaċċin

Għas-sitt jum konsekuttiv, ma kienet irreġistrata l-ebda mewta

Il-każi tal-Covid-19 jibqgħu baxxi hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru erba' każi ġodda filwaqt li seba' persuni oħra fiequ.

Għas-sitt jum konsekuttiv, ma kienet irreġistrata l-ebda mewta. 

Dan kollu jfisser li l-każi attivi komplew jonqsu biex bħalissa hawn 189 persuna morda bil-Covid-19 f'Malta.

Ikomplu wkoll it-tilqim hekk kif sa issa ġew amministrati 400,118-il doża tal-vaċċin.

130,537 persuna issa huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 272,025 persuna qed jistenna biex jingħataw it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 1,996 test.

More in Politika