Destiny taqbad l-Air Malta għal Amsterdam fejn se tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision

Fl-2015 rebħet il-Junior Eurovision Song Contest bl-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta ‘Not My Soul’

Destiny titlaq lejn Amsterdam
Destiny titlaq lejn Amsterdam

Illum, l-Air Malta waslet lil Destiny Chuckunyere lejn Amsterdam fejn  se tirrappreżenta lil Malta fil-65 Eurovision Song Contest 2021 f’Rotterdam bil-kanzunetta ‘Je Me Casse’ (‘I’m Out Of Here’).

Fl-età ta’ 18-il sena biss, Destiny hija kantanta stabbilita fil-Gżejjer Maltin. Fl-2015 rebħet il-Junior Eurovision Song Contest bl-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta ‘Not My Soul’. Sentejn wara hija pparteċipat fi Britian’s Got Talent u spiċċat fis-6 post matul it-tieni semi-finali.
Hija rebħet it-tieni season tal-edizzjoni Maltija tal-X factor u ntgħażlet biex tkun l-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision 2020 bil-kanzunetta ‘All of My Love’. Madankollu, din l-edizzjoni ġiet ikkanċellata minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

L-Air Malta hija kburija bil-fatt li qed tassisti lil Destiny bl-arranġamenti tal-ivvjaġġar tagħha u tixtieq lilha u lit-tim tagħha l-aqwa xorti f’din l-avventura.

More in Politika