In-numri tal-Covid-19 jinżlu fl-aktar livelli baxxi f'xhur - sitt każi ġodda biss minn 2,000 test

... ifiqu 11 u jingħataw kważi 7,000 doża oħra tal-vaċċin f'24 siegħa

In-numru ta' każi ġodda tal-Covid-19 reġgħu niżlu għall-aktar livelli baxxi f'xhur sħaħ.  Fil-fatt minn total ta' 2,000 swab test irriżultaw biss sitt każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 11-il persuna.  Dan ifisser li t-total ta' każi attivi issa reġa' niżel għal 247. 

Intant il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej b'ħeffa kbira hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ingħataw xejn inqas minn 6,718-il doża oħra biex it-total ta' dożi li ngħataw sa issa tela' għal 372,620.  Intant sa issa wkoll 118,209 persuni ħadu t-tieni doża tal-vaċċin ukoll. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa ma kienu rreġistrati ebda mwiet ta' nies bil-Covid-19.

More in Politika