Minkejja li kienet qed tissemma fil-midja Ingliża sa dalgħodu stess Malta titħalla barra mil-lista l-Ħadra tar-Renju Unit

... minkejja wkoll numri baxxi ta' każi ta' Covid-19 u stennija biex Malta tkun fil-lista l-Ħadra tar-Renju Unit dan ma mmaterjalizzax u rridu nistennew madwar erba' ġimgħat oħra

Minkejja n-numri baxxi ta' każi ġodda tal-Covid-19 li qed tirreġistra Malta u minkejja li sa dalgħodu stess Malta kienet qed tissemma' flimkien ma' pajjiżi bħal Ġibiltà, li se tkun fuq il-lista l-Ħadra tar-Renju Unit dan ma seħħx.  Dan minkejja li kien hemm indikazzjonijiet ċari li Malta se tkun fuq din il-lista, tant li l-midja Ingliża semmiet lil Malta diversi drabi sa dalgħodu stess.

Sorsi mill-Gvern qalu lil dan is-sit li mhuwiex ċar għaliex Malta tħalliet barra, meta l-indikazzjonijiet kienu favorevoli ħafna u meta Malta irnexxielha żżomm in-numri daqstant baxxi. Din mistennija tkun daqqa għat-turiżmu, għalkemm il-lista se terġa tkun riveduta tliet ġimgħat wara s-17 ta' Mejju. 

Il-pajjiżi fil-lista l-ħadra tar-Renju Unit sa issa huma:  Il-Portugall, l-Awstralja, New Zealand, Singapore, Brunei, l-Iżlanda, il-gżejjer Faroe, Ġibiltà, il-gżejjer Falklands u l-Iżrael. 

More in Politika