Kważi 6,500 doża... 12-il każ ġdid, 19 ifiqu u tmut persuna oħra li kellha l-Covid-19

51% ta' dawk bejn it-30 u 39 sena diġà ħadu mqar tilqima waħda

Il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej b'mod mgħaġġel ħafna hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ngħataw 6,473 doża oħra tal-vaċċin għal total ta' 365,902 dożi u b'115,333 persuna jieħdu t-tieni doża wkoll. 

Intant illum is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret illi 51% ta' dawk bejn it-30 u d-39 sena diġà ħadu mqar doża waħda tal-vaċċin.  Dan filwaqt li 95% ta' dawk iktar minn 60 sena, 72% ta' dawk iktar minn 50 sena u 59% ta' dawk bejn 40 u 49 sena ħadu l-vaċċin. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa, minn 1,956 swab test irriżultaw 12-il każ ġdid filwaqt li fiequ 19-il persuna oħra biex il-każi attivi baqgħu stabbli u baxxi b'total ta' 282. 

Sfortunatament persuna oħra tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 bit-total jitla' għal 417-il vittma minn meta faqqgħet il-pandemija f'Marzu tas-sena l-oħra. 

More in Politika