Mal-5,000 doża fl-aħħar 24 siegħa ... 27 każ ġdid u jfiqu 19-il persuna mill-Covid-19

L-ebda mewt ta' persuni pożittivi għall-Covid-19 fl-aħħar 24 siegħa 

Fl-aħħar 24 siegħa t-total ta' dożi li ngħataw tela' b'5,000 oħra għal total ta' 346,95,  bil-persuni li ħadu t-tieni doża wkoll jitilgħu għal ftit inqas minn 110,000 (109,933). 

Intant fl-istess perjodu ta' ħin irriżultaw 27 każ ġdid ta' Covid-19  filwaqt li fiequ 19-il persuna biex it-total ta' każi attivi reġà tela' ftit għal total ta' 288. 

Intant fl-aħħar jum ma kienu rreġistrati ebda mwiet ta' persuni pożittivi għall-Covid-19.

More in Politika