B'23.2% Malta fil-quċċata tal-lista Ewropea ta' nies li ħadu ż-żewġ dożi ... warajna eżatt r-Renju Unit

Il-Finlandja, il-Bulgarija u l-Latvja l-inqas pajjiżi fejn persuni ħadu t-tieni doża

Malta tinsab fuq quddiem nett fl-Unjoni Ewropea f'dak li jirrigwarda persentaġġ tat-tieni dożi mogħtija, saħansitra aktar mir-Renju Unit.  Fil-fatt skont statistika ppubblikata mis-sit Our World in Data, sa din il-ġimgħa kienu b'kollox 23.2% tal-popolazzjoni Maltija li ħadet it-tieni doża wkoll, ftit iktar mir-Renju Unit fejn il-persentaġġ kien ta' 21.5%. 

Il-pajjiżi li jikklassifikaw wara huma s-Serbja b'19.5%, l-Ungerija bi 18.5% u d-Danimarka bi 11%. 

Il-Finlandja b'2.9%, il-Bulgarija b'2.7% u l-Latvja b'2.3% huma l-pajjiżi illi l-inqas li taw dożi, skont din l-istatistika. 

 

Sors:  Our World in Data (Ippubblikata fuq il-Euronews)
Sors: Our World in Data (Ippubblikata fuq il-Euronews)

More in Politika