Il-każi ġodda jerġgħu jinżlu għal 16 u l-ebda mewt rreġsitrata għall-ħames jum konsekuttiv

Il-każi attivi jerġgħu jinżlu, għal total ta' 331

Għal ħames jum konsekuttiv ma kienu rreġistrati ebda mwiet relatati mal-Covid-19, biex it-total ta' vittmi baqa' dak ta' 413. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati biss 16-il każ minn total ta' 1,761 swab test, filwaqt li fiequ total ta' 55 persuna biex il-każi attivi issa niżlu għal 331. 

Il-proċess ta' vaċċinazzjoni jidher li baqa' b'rittmu għaddej tajjeb, matul din il-ġimgħa.  It-total ta' dożi mogħtija sa issa huwa ta' 331,438 li jfisser illi ngħataw 4,500 doża f'24 siegħa u b'kollox huma 105,628 persuni ħadu t-tieni doża wkoll. 

More in Politika