'Il-prijorità ma jistgħux jibqgħu l-karozzi' - Is-Sindku jistaqsi dwar dehra ġdida għall-qalba Ħamruniża

Jaqsam mar-residenti disinn ta' Triq il-Kbira San Ġużepp li sar minn Steve Compagno 

'Nemmen li l-prijorità ma jistgħux jibqgħu l-karozzi kif kien dan l-aħħar żmien, nafu x'ġara għax sar dan." Hekk saħaq is-Sindku Ħamruniż Christian Sammut li qasam mar-residenti disinn ta' dehra ġdida għal Triq il-Kbira San Ġużepp, disinn li sar minn Steve Compagno.

Ovvjament dan mhuwiex xi proġett uffiċjali jew inkella li ġie approvat, iżda s-Sindku staqsa għall-opinjonijiet tar-residenti.

Fil-fatt, Sammut staqsa x'jaħsbu r-residenti kieku:

  • Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu terġa' tkun għan-nies u mhux għall-karrozzi?
  • Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu jitneħħa l-parkeġġ u jkun spazju għan-nies u għat-tisbieħ tat-triq?
  • Triq il-Kbira San Ġużepp mill-Pjazza ta' San Pawl sal-Knisja San Gejtanu fil-weekend tkun magħluqa biex jidħlu nies biss ?

"Nemmen li hemm bżonn bidla fil-mentalità u niehdu deċizjonijiet biex iċ-ċentru tal-Ħamrun jerġa' jieħu l-ħajja kif jixraq fejn in-nies għandhom ikunu dejjem prijorità fuq il-karrozzi," temm jgħid is-Sindku.

Xi jkunu l-KUMMENTI taghkom kieku 🤔🤔? ? Triq il-Kbira San Guzepp mill-Pjazza San Pawl sal-Knisja San Gejtanu terga...

Posted by Christian Sammut on Friday, 23 April 2021

More in Politika