92 persuna jinstabu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi u 13-il persuna jiksru l-kwarantina

Fl-aħħar sebat ijiem ingħataw 1,261 multa

Fl-aħħar sebat ijiem ingħataw 1,261 multa lil dawk il-persuni li nqabdu jiksru r-regoli għall-kontroll tal-imxija tal-Covid-19.

Fost dawn kien hemm 784 persuna li kienu f’post pubbliku mingħajr maskra u 366 persuna kienu fi gruppi ikbar minn dawk permessi bil-liġi.

Kien hemm 92 persuna li kienu f’residenzi fi gruppi akbar minn dawk permessi.

Kien hemm sitt stabbilimenti li weħlu l-multa għax kisru l-kundizzjoni u anke 13-il persuna li kisru l-kwarantina

More in Politika