Il-President jisħaq li x-xogħol fuq il-konvenzjoni kostituzzjonali se jkompli minnufih malli ċ-ċirkostanzi jippermettu

Il-President George Vella saħaq li l-Uffiċċju mmexxi minnu kien qed jittama li jmexxi sew ‘il quddiem ir-riforma kostituzzjonali iżda saħaq li l-pandemija weħħlet dan il-proċess

Il-President George Vella (Ritratt: Uffiċċju tal-President)
Il-President George Vella (Ritratt: Uffiċċju tal-President)

Il-President ta’ Malta George Vella saħaq li x-xogħol fuq il-konvenzjoni kostituzzjonali se jkun qed ikompli immedjatament malli s-sitwazzjoni tal-pandemija tippermetti dan.

Huwa qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha l-President nieda webinar li se jkun qed isir nhar is-17 ta’ April u li se jkun qed jiċċelebra l-100 sena minn meta Malta kellha l-ewwel kostituzzjoni tagħha.

Fil-kummenti tiegħu, il-President saħaq li l-Uffiċċju mmexxi minnu kien qed jittama li jmexxi sew ‘il quddiem ir-riforma kostituzzjonali iżda saħaq li l-pandemija weħħlet dan il-proċess.

Insista li ċ-ċirkostanzi preżenti ma jippermettux li madwar 150 persuna jinġabru flimkien u insista li din mhijiex xi ħaġa li ssir b’mod virtwali.

Il-President qal li ħafna xogħol sar u kulma jonqos huwa li jkun hemm persuni bi rwoli speċifi bil-għan li r-riforma tkun tista’ tkompli.

“Nittamaw li dan iseħħ mill-aktar fis possibbli,” saħaq Vella.

More in Politika