Applika għall-vaċċin b'sms jew online ... għalissa dawk li għandhom 'l fuq minn 50 sena biss

Madwar 100 tabib tal-familja issa se jibdew jagħtu l-vaċċin ukoll ...

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum ħabbar sistema ġdida li permezz tagħha se jkunu qed jingħataw d-dożi tal-vaċċin.  Issa hija l-persuna li trid tapplika sabiex tieħu l-vaċċin hi stess, bl-ewwel etajiet jkunu dawk ta' 'l fuq minn 50 sena biss għalissa. 

Persuna tista' tibbukkja l-appuntament għall-vaċċin permezz tal-SMS fuq in-numru 99180045 jekk tgħix Malta u 99180044 jekk tgħix Ghawdex. 

Dawk li se jirreġistraw online għandhom jagħmlu dan fuq is-sit http://vaccin.gov.mt/ fejn jingħataw ukoll l-għażla ta' f'liema reġjun jixtiequ illi jiġu vvaċċinati fih.  In-nies issa se jibdew jirċievu wkoll il-vaċċin minn madwar 100 tabib tal-familja li ffirmaw biex ikunu parteċipi fil-proċess ta' amministrazzjoni tal-vaċċin. 

Sa issa dawk eliġibbli kienu qed jirċievu ittra li tinfurmahom dwar l-appuntament tagħhom.  Din is-sistema issa se tispiċċa. 

Issa l-ħaddiema tas-saħħa se jkunu qed jagħtu l-erba' tipi ta' vaċċin li huma approvati fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri, Pfizer, Moderna, AstraZeneca and Johnson&Johnson .

"20 miljun vaċċin huwa mifhum li savaw 6,000 ħajja fir-Renju Unit u l-istess f'Malta - il-vaċċin qed tgħinha sabiex nevitaw għexieren ta' mwiet," qal Chris Fearne. 

 

More in Politika