Ittestjar mandatorju u regolari u tħallas l-ispejjeż int - Min iħaddem għal dawk li ma jridux jieħdu l-vaċċin

L-MEA twissi li min iħaddem mhux se jħallas leave ta' kwarantina għal dawk li jagħżlu li ma jieħdux il-vaċċin

Joe Farrugia, mill-MEA
Joe Farrugia, mill-MEA

L-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) waqt Webinar li sar illum sostniet illi hemm bżonn li jkun hemm qafas leġislattiv u gwidi ċari li jassiguraw ambjent sigur għal kulħadd fuq il-post tax-xogħol.  B'hekk qed tisħaq li l-proċess ta' vaċċinazzjoni għal dawk il-ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu mid-dar jiġi mgħaġġel, "sabiex b'hekk nilħqu l-immunità tal-massa kemm jista' jkun malajr." 

L-MEA qalet illi min iħaddem għandu bżonn assigurazzjonijiet dwar dawk l-impjegati li jagħżlu illi ma jieħdux il-vaċċin. "Filwaqt li ħaddiema għandhom dritt ma jiħdux il-vaċċin, li sa issa mhuwiex mandatorju, min iħaddem għandu dritt jipproteġi l-post tax-xogħol u ħaddiema oħrajn minn infezzjoni, billi tali ħaddiema jsirilhom ttestjar "mandatorju u regolari" bil-ħaddiem iħallas l-ispejjeż. 

Iktar minn hekk l-MEA qed tgħid li min iħaddem mhux se jħallas aktar leave tal-kwarantina lil dawk il-ħaddiema li jagħżlu illi ma jieħdux il-vaċċin. 

 

More in Politika