Repubblika tesprimi soldarjetà ma' 14-il Sindku fil-ġlieda tagħhom biex jieqaf 'l-iżvilupp bla rażan f'Għawdex'

L-għaqda qalet illi l-ħniżrija ta’ dawn l-iżvilippaturi m’għandha l-ebda rispett la għal ġenerazzjonijiet preżenti, u inqas u inqas għall-ġenerazzjonijiet futuri

Repubblika esprimiet s-solidarjeta’ tagħha mal-14 il-sindku u mal-NGOs li qegħdin jissieltu "biex Għawdex ma jkomplix jiġi maħtuf minn żvilippaturi bla rażan u bla kuxjenza."

L-għaqda qalet illi l-ħniżrija ta’ dawn l-iżvilippaturi m’għandha l-ebda rispett la għal ġenerazzjonijiet preżenti, u inqas u inqas għall-ġenerazzjonijiet futuri. "Jekk dan l-istupru ta’ pajjiżna ma jitwaqqafx minnufih, uliedna se jitwieldu u jikbru f’pajjiż bla ruħ."

L-għaqda Repubblika qalet illi fuq livell lokali, dawn is-sindki qegħdin jaghtu eżempju ta’ kif ghandhom jimxu l-politiċi fuq livell nazzjonali. "Pajjiżna għandu bżonn iddisprat li l-politiċi tiegħu jtemmu l-kompliċita’ tagħhom fil-qerda tal-gżejjer tagħna permezz tas-silenzju tagħhom. Aħna nistennew illi dan l-impenn ma jibqax fuq livell individwali iżda jsir parti ċentrali tal-politika tal-partiti."

 

More in Politika