Il-Kamra tal-SMEs turi tħassib serju dwar dawk in-negozji li se jibqgħu magħluqin

Fi stqarrija, il-Kamra tal-SMEs tgħid illi ma sarx djalogu dwar il-miżuri mħabbra

Ritratt: James Bianchi
Ritratt: James Bianchi

Il-Kamra tal-SMEs - filwaqt li esprimiet sodisfazzjon għall-fatt li numru ta' setturi ingħataw l-abbilità li jippreparaw infushom, permezz tal-miżuri mħabbrin iktar kmieni llum, qalet ukoll illi dak ikkomunikat dalgħodu huwa eżempju ċar ta' kif "id-djalogu soċjali tkisser u kif ċerti deċiżjonijiet saru mingħajr proċess ta' konsultazzjoni."

Dalgħodu tħabbar illi l-ħwienet li joffru prodotti u servizzi mhux essenzjali, se jiftħu nhar it-Tnejn 26 ta' April u r-ristoranti, snack bars, kafetteriji u oħrajn mistennijin jiftħu aktar tard. 

"Filwaqt li kulħadd japprezza is-sitwazzjoni delikata tal-mument u fil-prinċipju naqblu ma' ftuħ bil-mod, wieħed ma jistax ma jesprimix livell ta' inkwiet fuq kif in-negozji se jsalvaw iktar żmien magħluqin ... il-livell ta' ħsara ekonomika li qed isofru dawn in-negozji ipoġġiehom bħala l-agħar li ntlaqtu mill-pandemija," tgħid l-istqarrija tal-Kamra tal-SMEs.

Il-Kamra tal-SMEs temmet issostni li hija "inkwetata immens" u tistaqsi kif negozji se jifilħu għal din l-estensjoni. 

 

More in Politika