It-total ta' nies bit-tieni doża joqorbu s-60,000 ... 62 każ ġdid u 114 ifiqu

Jitilfu ħajjithom tnejn minn nies oħrajn li kienu pożittivi għall-Covid-19 - Il-każi attivi jonqsu b'1,000 matul din il-ġimgħa

Ġimgħa illi matulha pajjiżna ra, b'mod persistenti, numri baxxi ta' tixrid ta' Covid-19, għalqet bi 62 każ ġdid minn total ta' 2,289 swab test.  Dan filwaqt illi fiequ 114-il persuna biex in-numru ta' każi attivi jibqa' nieżel għal 633.  Dan ifisser illi matul din il-ġimgħa, mis-Sibt li għadda sal-lum, il-każi attivi naqsu b'1,000 persuna. 

Dan filwaqt illi sa issa ngħataw 209,065 doża, li minnhom 57,123 huma nies li ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19. 

Sfortunatament, tilfu ħajjithom tnejn minn nies oħra - raġel ta' 62 sena u ieħor ta' 65 sena, biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa huwa ta' 397. 

More in Politika