Karol Aquilina jirriżenja mix-Shadow Cabinet; Jgħid li l-Pulizija se tieħu passi kontrih

Aquilina kien qed ikun akkużat b'sewqan perikoluż u li injora ordnijiet tal-Pulizija li kienet qed teskorta delegazzjoni ta' Ministru barrani li kien f'Malta

Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal fuq Facebook li l-Pulizija se tkun qed tieħu passi fil-konfront tiegħu minħabba dak li seħħ f'Ġunju li għadda meta kien fi triqtu għall-Parlament.

Aquilina kien qed ikun akkużat b'sewqan perikoluż meta kien qed isuq viċin skorta ta' delegazzjoni ta' Ministru barrani li kien f'pajjiżna.

Rapporti kienu qed jisħqu li Aquilina rrifjuta l-ordni tal-Pulizija biex iwarrab fil-ġenb u spiċċa daħal f'nofs il-karozzi tad-delegazzjoni.

Kienu ġew ippubblikati wkoll filmati.

Fuq Facebook, Aquilina qal li se jkun qed jirriżenja immedjatament minn Kelliem tal-Oppożizzjoni. 

"Qabelxejn, niddikjara li bl-ebda mod ma jiena ħati tal-akkużi li se jinġiebu kontrija, u li se nkun qed niġġieled għall-innoċenza tiegħi fil-Qorti. Madanakollu m'għandix dubju li se jkun hemm min jipprova juża dawn l-akkużi għall-gwadann politiku u biex jiddevja l-attenzjoni tal-poplu mill-iskandli oxxeni tal-Gvern Laburista. Għaldaqstant, għadni kif ktibt lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u infurmajtu li qed nirreżenja b'mod immedjat mir-rwoli tiegħi ta' Kelliem għall-Ġustizzja u r-Riformi Elettorali u minn Segretarju tal-Grupp Parlamentari," kiteb Aquilina.

Fakkar ukoll kif meta l-Ministru Owen Bonnici kien tressaq il-Qorti b'akkużi relatati mas-sewqan, huwa baqa' jżomm postu bħala Ministru tal-Ġustizzja.

"Aħna tal-Partit Nazzjonalista  nemmnu u nipprattikaw standards ferm ogħla minn tal-Partit Laburista. Irrid li din ir-riżenja sservi ta' eżempju u ta' xhieda li aħna l-istandards mhux biss nitkellmu dwarhom, imma ngħixuhom u nipprattikawhom," insista Aquilina.

Dalgħodu ġejt notifikat mill-Pulizija li se jittieħdu passi fil-konfront tiegħi b'rabta ma' dak li seħħ f'Ġunju ta'...

Posted by Karol Aquilina on Tuesday, 30 March 2021

More in Politika