Covid-19 | 1,545 multa f'ġimgħa fosthom persuni li nqabdu jiksru r-regoli dwar mistiedna fid-djar

1,289 persuna nqabdu mingħajr maskra

Fl-aħħar ġimgħa, l-entitajiet kollha responsabbli mill-infurzar ħarġu 1,545 multa lil persuni li nqabdu jiksru r-regoli tal-Covid-19.

Minn dan, 1,289 persuna nqabdu mingħajr maskra.

148 persuna nqabdu fi gruppi ta’ iktar minn erbgħa.

Ingħataw ukoll 108 ċitazzjoni b’rabta ma’ ksur ta’ regoli oħra, inkluż diversi li nstabu qed jiksru r-regola ta’ kemm jistgħu jkunu mistiedna persuni d-dar. Min-nhar l-Erbgħa, daħlet fis-seħħ liġi biex f'dar ma jkunx hemm aktar minn żewġ households miġbura flimkien.

Komplew ukoll l-ispezzjonijiet għal dawk li suppost ikunu qegħdin kwarantina u fil-fatt inqabdu sitt persuni li kienu qed jiksru din l-ordni

More in Politika