138,264 doża tal-vaċċin sa issa ... 179 każ ġdid u jfiequ kważi d-doppju jew 314-il persuna

Titlef ħajjitha persuna ta' 77 sena, għal total ta' 364 vittma tal-Covid-19 sa issa

Fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw 179 każ ġdid ta' Covid-19 minn total ta' 4,046 swab test.  Dan filwaqt li fiequ kważi d-doppju jew 314-il persuna biex issa t-total ta' każi attivi niżel taħt it-3,000, preċiżament 2,898. 

Sfortunatament persuna oħra tilfet ħajjitha fl-aħħar 24 siegħa:  mara ta' 77 sena li hija t-364 vittma ta' dan il-virus f'Malta. 

Intant sa issa kienu mogħtija 138,264 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, b'42,557  persuna jingħataw it-tieni doża wkoll. 

More in Politika