MEPs inkwetati fuq l-impatt li qed tħalli l-pandemija fuq l-edukazzjoni u s-saħħa tat-tfal tagħna

Pajjiżi tal-UE ġew mitluba jinvestu aktar fl-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-appoġġ tal-familja u l-kura tat-tfal, u jiżguraw li dawn is-servizzi jilħqu lit-tfal kollha.

klassi
klassi

F'dibattitu fil-Parlament Ewropew intwera' tħassib mill-MEPs fuq l-impatt li qed tħalli l-pandemija fuq l-edukazzjoni u s-saħħa tat-tfal tagħna. Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ġew mitluba jinvestu aktar fl-edukazzjoni, is-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-appoġġ tal-familja u l-kura tat-tfal, u jiżguraw li dawn is-servizzi jilħqu t-tfal kollha.

Fid-dibattitu ġie enfasizzat kif l-impatt li qed tħalli COVID-19 qed ikompli jiggrava r-riskju ta' faqar, jaffettwa severament l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, jikkomprometti s-saħħa fiżika u mentali u jżid il-periklu li wħud ikunu esposti għal vjolenza u abbuż. L-MEPs ħeġġew lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq, kif imħabbar, proposta leġiżlattiva biex tiġi stabbilita l-Garanzija Ewropea tat-Tfal. 

Il-Garanzija Ewropea tat-Tfal tassigura tlett miżuri prinċipali; id-dritt tat-tfal għall-edukazzjoni ta' kwalitá tajba, integrazzjoni u inklużjoni ta' tfal refuġjati u immigranti, kif ukoll miżuri li jgħinu fil-ġlieda kontra l-abbuż fuq it-tfal. 

More in Politika