Il-PN jlaqqa' l-Covid Action Team hekk kif mistennija numri rekord ta' Covid-19 illum

Bernard Grech jgħid li issa huwa ċar li Robert Abela tilef il-kontroll ...

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech dalgħodu laqqa' l-Covid-19 Action Team hekk kif illum in-numri tal-każi ġodda ta' Covid-19 mistennija jkunu, mill-ġdid, rekord.  Sa issa l-ogħla numru ta' każi kien ta' 362 f'24 siegħa, b'diversi rapporti jgħidu illi llum il-każi mistennija jaqbżu l-400 każ. 

F'messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook Grech sostna li din il-laqgħa sejjaħha "fid-dawl ta' sitwazzjoni ċara ta' kollass fis-servizzi tas-saħħa kawża tar-rata ta' infezzjonijiet ġodda tal-Covid li huma dejjem telgħin."

Grech qal li issa huwa evidenti li "Robert AbelaChris Fearne tilfu l-kontroll tal-immaniġġjar tal- pandemija frott l-inkompetenza u s-suppervja tagħhom."

More in Politika