Jingħataw aktar minn 100,000 doża tal-vaċċin; Jinstabu 248 każ ġdid ta' Covid-19

Ilbieraħ saru numru rekord ta' 4,470 test

Minn meta waslu f'Malta l-ewwel konsenji tal-vaċċin, ingħataw 101,776 doża u minn dawn, 34,181 persuna ħadu ż-żewġ dożi neċessarji.

Intant, ir-rata ta' infezzjonijiet ġodda għadha għolja hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 248 persuna oħra pożittivi għall-virus. 

Mill-banda l-oħra, fiequ 390 persuna.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, tilef ħajtu anzjan ta' 88 sena li kien qed jingħata l-kura fir-residenza tiegħu stess.

Ilbieraħ saru wkoll numru rekord ta' 4,470 test.

Bħalissa, f'Malta, hawn 3,035 persuna morda bil-virus.

Aqra wkoll:

More in Politika