€1,000 lil kull ristorant, kiosk u snack bar b'nefqa ta' €2 miljuni

Dan apparti li kull bar u każin se jieġu bejn €1,660 u €3,820

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo ħabbar skema li permezz tagħha kull ristorant, kiosk u snack bar - inkluż kafetteriji - li ntalbu jgħalqu sal-11 ta' April li ġej se jingħataw għotja ta' €1,000 li se jirċievu fl-aħħar ta' dan ix-xahar.  Il-flus jistgħu jintefqu kif irid is-sid u biex jeħodhom irid japplika fuq applikazzjoni tal-MTA li se tiġi varata din il-ġimgħa stess u li Bartolo wiegħed illi se tkun "sempliċi."

Huwa qal illi b'kollox din l-iskema se tiswa' €2 miljuni. 

Intant reġa fakkar fl-għotjiet li l-Gvern se jkun qed jgħaddi lill-bars u l-każini li issa ilhom magħluqin.  Kategorija A - jiġifieri barijiet kummerċjali - se jieħdu għotja ta' €3,820.  Kategorija B - jiġifieri bottegini ta' każini - se jieħdu €2,490 u Kategorija Ċ se jkunu qed jingħataw għotja ta' €1,660. 

More in Politika