Il-PN jiċħad li xi ħadd fil-Grupp Parlamentari talab biex jaqbeż il-kju għall-vaċċin

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jgħid li s-sistema tas-saħħa tinsab "f'xifer kollass"

Il-Grupp Parlamentari  tal-Partit Nazzjonalista unanimament u kategorikamen ċaħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Chris Fearne li xi ħadd fi ħdanu, talbu biex jaqbeż il-kju tal-vaċċin. 

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija nnota li għal darb oħra l- Gvern "għażel il-pandemija u n-numru rekord ta‘ każijiet, sabiex jipprova jiggwadanja punti politiċi u jdgħajjef lill-Oppożizzjoni."

Il-PN fl-istqarrija qal illi minkejja li l-PM Robert Abela qal li jrid li sa Marzu nkunu rkuprajna, minflok, l"-imwiet u n-numru tal-każijiet jibqgħu jiżdiedu, il-contact tracing falla, hemm suspetti kbar fit-trasparenza tal-għoti tal-vaċċin u s-sistema tas-saħħa pubblika qegħda f’xifer il-kollass."

Intant dalgħodu l-MAPHM talbet biex ikun hemm aktar miżuri li permezz tagħhom in-numri tal-każi jerġgħu jitpoġew taħt kontroll. 

More in Politika