Chris Fearne jsostni li Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni talab biex jaqbeż il-kju għall-vaċċin

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jsostni li membru tal-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista talab biex jaqbeż il-kju għall-vaċċin kontra l-COVID-19

Membru parlamentari Nazzjonalista talab biex jaqbeż il-kju għall-vaċċin kontra l-COVID-19, sostna l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Iktar kmieni illum fil-Parlament, Fearne indirizza lill-Kap tal-Oppożizzjoni wara li Bernard Grech allega li xi nies qed jaqbżu l-kju għall-vaċċin. 

"Jien għandi nies li jitolbuni biex jaqbżu l-kju imma jien dejjem irrifjutajt ... Kelli wkoll membru tal-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni jitlobni biex jaqbeż il-kju", qal Fearne.  Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa kompla jgħid lil Grech li biex ma jimbarazzax lil dan l-individwu lest jgħidlu f'widnejh min hu aktar tard.

 

 

 

 

More in Politika